Jump to content

Translations:Policy:Terms of Use/66/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 21:59, 16 April 2024 by NAramayo-WMF (talk | contribs) (Created page with "Il-Fondazzjoni Wikimedia trid tiżgura li l-kontenut li nospitaw jista’ jerġa’ jintuża minn utenti oħra mingħajr biża’ ta’ responsabbiltà u li ma jkunx qed isir ksur tad-drittijiet tal-proprjetà ta’ ħaddieħor. B’mod ġust għall-utenti tagħna, kif ukoll għal ħallieqa oħra u detenturi tad-drittijiet tal-awtur, il-politika tagħna hija li nirrispondu għal notifiki tal-allegat ksur li jikkonformaw mal-formalitajiet tal-Att dwar id-Dritt tal-Millenj...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Il-Fondazzjoni Wikimedia trid tiżgura li l-kontenut li nospitaw jista’ jerġa’ jintuża minn utenti oħra mingħajr biża’ ta’ responsabbiltà u li ma jkunx qed isir ksur tad-drittijiet tal-proprjetà ta’ ħaddieħor. B’mod ġust għall-utenti tagħna, kif ukoll għal ħallieqa oħra u detenturi tad-drittijiet tal-awtur, il-politika tagħna hija li nirrispondu għal notifiki tal-allegat ksur li jikkonformaw mal-formalitajiet tal-Att dwar id-Dritt tal-Millenju Diġitali (Digital Millennium Copyright Act, DMCA). Skont id-DMCA, aħna se ntemmu, f’ċirkostanzi xierqa, l-utenti u d-detenturi tal-kontijiet tas-sistema u n-netwerk tagħna li huma kontraventuri ripetuti fuq il-Proġetti u s-servizzi tagħna.